Sport Sport Ieħor

BMC Racing Team jirbħu t-tellieqa kontra l-ħin

(Ritratt: EPA)

It-tielet ġurnata tat-Tour de France kienet it-tellieqa kontra l-ħin fir-rotta ta’ Cholet fuq distanza ta’ 35.5 kilometri. L-aħjar ħin tal-ġurnata miksub minn BMC Racing Team tal-Istati Uniti li għamel id-distanza fi 38 minuta 46 sekonda b’distakk ta’ erba’ sekondi fuq Team Sky tar-Renju Unit immexxi minn Chris Froome.

B’distakk ta’ disa’ sekondi, fit-tielet post Mitchelton Scott tal-Awstralja immexxija minn Adam Yates filwaqt li Sunweb tal-Ġermanja li fit-tim għandhom lil Tom Dumoulin rebbieħ tal-Giro d’Italia daħlu b’distakk ta’ 11-il sekonda. B’kollox ħadu sehem 22 tim.

Ir-raba’ ġurnata tat-Tour se tkun fuq distanza ta’ 195 kilometru fir-rotta bejn La Baule u Sarzeau.