Lokali

Erba’ titjiriet tal-Air Malta jittardjaw 12-il siegħa bejniethom

Erba’ titjiriet tal-Air Malta se jkunu ttardjaw mat-12-il siegħa bejniethom.

L-erba’ titjiriet huma kollha tal-Air Malta u kollha kienu skedati li jitilqu llum mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

L-ewwel titjira li se tkun qed tittardja hija dik lejn l-ajruport ta’ Pariġi-Orly, li kellha titlaq fit-3.10pm. Din it-titjira issa se tkun qed titlaq għall-ħabta tal-5pm.

Titjira oħra tal-Air Malta lejn Casablanca kienet skedata li titlaq fl-4.30pm imma minflok se titlaq fis-7.30pm.

L-iktar titjira li se ddum biex titlaq hija dik lejn Lourdes, li mill-5pm spiċċat skedata għad-9.15pm.

Anke t-titjira lejn Venezja se tkun qed tittardja biex titlaq – hekk kif l-ajruplan mistenni jitlaq fill-11.15pm minflok fid-8.45pm.