Sport Sport Ieħor

Jitwaqqaf l-ewwel Kumitat Paralimpiku Malti

Bidu gdid ghall-Isport Paralimpiku Malta bit-twaqqif tal-“Kunsill tal-Para Atleti Malti” u tal-“Kumitat Paralimpiku Malti” (MPC) li qed jiġi fdat bl-iżvilupp tal-isport għal atleti b’diżabbiltà fiżika. L-MPC se jopera taħt l-awspiċi tal-Kumitat Paralimpiku Internazzjonali, bi struttura analoga għall-Kumitat Olimpiku Malti.

Il-mira immedjata hi li Malta tibgħat tim b’saħħtu ta’ para atleti għal-Logħob Paralimpiku ta’ Tokyo fl-2020 u li jinħloq qafas sostenibbli u professjonali sabiex para atleti b’diżabilitajiet fiżiċi jkunu jistgħu jipprattikaw u jikkompetu fi sport kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll fuq livell internazzjonali.

L-ewwel Kumitat Eżekuttiv elett tal-Kumitat Paralimpiku ta’ Malta, magħmul minn Prof. Joseph N. Grima (President), Dr Julian Bajada (Segretarju Ġenerali), is-Sur Nello Calleja (Teżorier), Vladyslava Kravchenko (Rappreżentanta tal-Atleti), u l-membri eżekuttivi, Simon Zammit, George Vella, Joseph Bajada u Carmen Borg. Dan il-kumitat huwa wieħed li jinkludi atleti, kowċis, referees, ġenituri, dilettanti sportivi u persuni b’esperjenza fl-amministrazzzjoni sportiva.