Kurżitajiet Lokali

“Kienet deċiżjoni diffiċli” – il-Malti li rrifjuta żewġ miljuni f’intervista ma’ NET FM

Charlie Buttigieg jitkellem ma' NET FM waqt il-Wake-Up Call

Charlie Buttigieg, il-Malti li spiċċa fl-aħbarijiet wara li rrifjuta żewġ miljuni għall-pastizzerija tiegħu, jiżvela li ilu 8 snin ma jduq pastizz.

Hekk qal il-Malti-Kanadiż li dalgħodu tkellem ma’ NET FM waqt il-Wake-Up Call. Hu stqarr ukoll illi kienet deċiżjoni iebsa għalih li jirrifjuta din is-somma kbira ta’ flus, iżda għamel hekk għax iħoss li fadallu x’jaħdem u x’jikkontribwixxi.

Il-Malta Bake Shop iddeċieda li jżomm il-bandiera Maltija ħajja fiċ-ċentru ta’ din il-belt Kanadiża. Dan minkejja li l-propjetarji Charlie u Antoinette Buttigieg ġew offruti żewġ miljun dollaru għall-pastizzerija u l-bini ta’ ħdejha, li hu tagħhom ukoll.

Koppja Maltija ma taċċettax offerta ta’ żewġ miljuni