Lokali

Jaqgħu żewġ knaten kbar f’San Pawl il-Baħar

Għall-ħabta tas-6pm waqgħu żewġ knaten kbar tal-konkrit minn fuq trakk li kien qed idur mar-roundabout taż-żona tal-Tal-Erba’ Imwiezet f’San Pawl il-Baħar.

Fiż-żona nħoloq ħafna traffiku hekk kif il-knaten għalqu biċċa mir-roundabout. Fortunatament, ħadd ma weġġa’ f’dan inċident.

Ritratti: Monica Agius