Lokali Saħħa

Attent jekk għandek dan il-prodott

Id-Direttorat tas-Saħħa qed jagħmel appell sabiex ma jiġix ikkonsmat dan il-minestrone partikolari minħabba illi nstab li f’konsinja minnhom hemm mikrobu. Il-minestrone hu tad-ditta Findus, u qed jingħad li hu kontaminat mil-Listeria monocytogenes.

Dan il-lot partikolari jiskadi f’Ottubru ta’ din is-sena.

Peress li l-prodott jista jkun li laħaq inxtara mill-konsumatur, id-Direttorat ħareġ dan l-avviż pubbliku.

Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon 2133 7333.