Lokali

Hugo Chetcuti għadu qed jirkupra fl-ITU

"Għandna bżonn ħafna talb"

L-imprenditur Hugo Chetcuti għadu qed jiġi kkurat fl-ITU wara d-daqqiet ta’ sikkina li qala’ fl-istonku fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet f’Paceville.

Kien tard il-Ġimgħa filgħaxija, għall-ħabta tal-10.30pm, meta s-Serb Bojan Cmelic ta daqqiet lil Hugo Chetcuti – skont rapporti fil-media lokali – daqqiet fl-istonku b’arma li taqta’ u bil-ponta. Qed jingħad ukoll li qabel tah daqqiet ta’ sikkina, l-aggressru għannaq lil Hugo Chetcuti.

Ħbieb ta’ Hugo Chetcuti kkonfermawlna li l-kundizzjoni tas-saħħa tiegħu għadha l-istess. “Għandna bżonn ħafna talb”, qalulna n-nies li tkellmu magħna. “Nisperaw li joħroġ mis-sitwazzjoni li qiegħed fiha, għax veru kiefra kif ġrat”.