Lokali Qorti

Il-kaptan jitħalla jmur lura d-dar biex jara lil ommu

Tkompli s-saga tal-bastiment Lifeline

Il-kaptan tal-MV Lifeline Claus Peter Reisch ingħata l-permess mill-Qorti biex iħalli pajjiżna u jkun jista’ jara lil ommu.

Reisch, li għandu 57 sena, tressaq il-Qorti ftit tal-jiem biss wara li daħħal il-bastiment Malta b’233 immigrant abbord.

Omm il-kaptan għandha 93 sena.

Kien il-Maġistrat Joe Mifsud li ta l-permess lill-kaptan biex imur il-Ġermanja jara lil ommu.