Futbol

Futbol fir-Renju Unit: Chelsea ikeċċu lil Antonio Conte

Conte

Il-klabb tal-Premiership, Chelsea, keċċew lill-manager Antonio Conte, b’kollox qed jindika li Maurizio Sarri se jkun ikkonfermat bħala l-manager ġdid tal-klabb ta’ Londra wara li l-Blues waslu fi ftehim ma’ Napoli biex Sarri jaqta’ kull irbit mal-klabb Taljan tas-Serie A.

L-indikazzjonijiet huma li Sarri ftihem kuntratt ta’ sentejn ma’ Chelsea, bl-eksplejer, Gianfranco Zola,jista’ jirritorna mal-Blues bħala membru tal-istaff tekniku.

Filwaqt li ma kienx magħruf jekk Chelsea laħqux xi ftehim privat ma’ Conte – li fl-aħħar jiem kien qed imexxi t-taħriġ tal-pre-season tal-Blues – il-klabb ta’ Londra x’aktarx li jrid iħallas lit-Taljan il-pakkett sħiħ ta’ kumpens għas-sena finali tal-kuntratt li kien fadallu u li kapaċi jaqbeż l-għaxar miljun ewro.