Lokali

Persuni jittieħdu l-isptar wara inċident tat-traffiku

Iseħħ inċident tat-traffiku bejn numru ta’ karozzi fi Triq Reġjonali, direzzjoni lejn il-Marsa.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3pm filwaqt li fuq il-post inġemgħa numru kbir ta’ traffiku. L-inċident kien jinvolvi tliet karozzi, waħda misjuqa minn tfajla ta’ 35 sena residenti r-Rabat Għawdex, raġel ta’ 31 sena mis-Swieqi u raġel ta’ 42 sena minn Ħaż-Żebbuġ.

Ir-raġel ta’ 42 sena kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura filwaqt li l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa. Iż-żewġ sewwieqa l-oħra jidher li ma sofrew l-ebda ġrieħi.