Futbol

QATAR 2022: Iħabbru d-dati tat-Tazza tad-Dinja

Il-FIFA ħabbret li – għall-ewwel darba fl-istorja — il-logħob tat-Tazza tad-Dinja tal-2022 se jsiru fil-Qatar bejn il-21 ta’ Novembru u t-18 ta’ Diċembru.

Il-President tal-FIFA, Gianni Infantino, ikkonferma d-dati tal-logħob fi żmien meta l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja fir-Russja dieħla fl-aħħar fażi u wara li kienu nfurmati l-amministraturi tal-Kampjonati tal-Futbol madwar id-dinja.

Intant, l-istess amministraturi se jkollhom jaddataw il-kalendarji tal-kampjonati rispettivi, bil-għan li jiffaċilitaw il-preparamenti xierqa għall-plejers li se jkunu l-protagonisti tat-tournament li jmiss.

Meta tkellem waqt konferenza tal-aħbarijiet, Infantino qal li l-idea wara t-Tazza tad-Dinja 2022 hi li jkunu involuti 48 tim ( pajjiż) fil-kompetizzjoni.

Il-President tal-FIFA sostna li ‘għalissa, kollox jibqa’ impossibbli’ u meta, skont hu, Tazza tad-Dinja li tibbaża fuq kompetizzjoni bejn 48 Stat ‘għandha tgħin issolvi diversi sitwazzjonijiet ta’ tensjoni reġjonali’.