Sport Ieħor

TENNIS-WIMBLEDON: Anderson jirbaħ it-tieni l-itwal logħba fl-istorja tat-tournament

It-tennista mill-Afrika t’Isfel, Kevin Anderson, għeleb lill-Amerikan, John Isner, fl-ewwel semi-finali ta’ Wimbledon u issa jiltaqa’ mar-rebbieħ tat-tieni semi-finali bejn Novak Djokovic u Rafael Nadal.

Din is-semi-finali maratona keinet it-tieni l-aktar logħba twila fl-istorja tat-tournament ta’ Wimbledon meta damet xejn anqas minn sitt sigħat u 35 minuta. Fil-fatt, is-sett finali baqa’ għaddej għal 175 minuta fejn iż-żewġ tennisti taw il-massimu u sakemm fl-aħħarnett ċeda l-Amerikan quddiem is-serve qawwi ta’ Anderson.

Hu minnu wkoll li din it-taqtigħa – li tibqa’ imfakkra bħala waħda mill-klassiċi ta’ kull żmien — kienet anki t-tielet l-itwal waħda ta’ kull żmien għal kompetizzjoni singles tat-tennis.

Fir-rounds preċedenti, Anderson kien elimina lil Gael Monfrils u Roger Federer.