Lokali

Ambulanza ttajjar tifel ta’ 12-il sena

Ritratt: Martin Agius

Ambulanza ittajjar tifel Russu ta’ 12-il sena waqt li kien qed jaqsam it-triq.

L-inċident sar fi Triq ix-Xatt kantuniera ma’ Triq Manwel Dimech, ftit tal-ħin wara li seħħ l-inċident bejn ħames karozzi, għall-ħabta tas-6.30pm waqt li kienet qed tinstaq fid-direzzjoni ta’ Tigne.

L-ambulanza kienet misjuqa minn raġel ta’ 49 sena minn Birżebbuġa.

Fuq il-post issejħu ambulanza u tabib tal-emerġenza, Jonathan Joslin li kien jinsab fuq il-post tal-inċident bejn ħames karozzi.

Hu ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi.

Għal xi ħin, kawża taż-żewġ inċidenti, iż-żewġ karreġġjati opposti f’Tas-Sliema nġemgħa ħafna traffiku.