Lokali

Żgħażagħ jipparteċipaw f’Mudell tal-Parlament Ewropew Malti

F’konferenza li saret minn Aġenzija Żgħażagħ, numru ta’ żgħażagħ ipparteċipaw f’edizzjoni Maltija tal-Mudell tal-Parlament Ewropew, fejn ngħataw l-opportunità li jiddiskutu kwistjonijiet Ewropej.

Uffiċjal tal-għaqda Aġenzija Żgħażagħ u waħda mill-organizzaturi ta’ din il-konferenza, Isabelle Mallia qalet li din l-opportunità tingħata lil kulħadd kull sena, b’uħud minnhom ikollhom ċans li jipparteċipaw barra minn Malta.

L-aħjar erba’ delegati tal-konferenza ħa jingħaqdu ma’ żewġ żgħażagħ Maltin oħra li diġa intgħażlu minn edizzjonijiet passati ta’ din il-konferenza.

Fl-aħħar tal-konferenza se jintgħażlu delegati li se jirrappreżentaw lil Malta f’Toledo u f’Madrid f’Novembru ta’ din is-sena.

Is-sena d-dieħla din il-konferenza se ssir f’Malta., filwaqt li din ilha ssir għal dawn l-aħħar 3 snin.

Ritratti: Matthew Tabone