Sport Sport Ieħor

Novak Djokovic joħroġ rebbieħ għar-raba’ darba fil-karriera

Novak Djokovic jgħolli t-trofew (Ritratt: EPA)

Novak Djokovic kien aħjar fil-ġurnata minn Kevin Anderson biex kiseb it-tournament ta’ Wimbledon għar-raba’ darba, f’dak li kien it-13-il Grand Slam mirbuħ fil-karriera tiegħu. Djokovic rebaħ 6-2, 6-2, 7-6 f’wara nofsinhar xemxi f’Centre Court, biex temm nixfa ta’ 25 xahar mingħajr rebħ ta’ Grand Slam.

Is-Serb għamel biss unforced error wieħed hekk kif rebaħ l-ewwel set f’29 minuta. Iż-żewġ tennisti kienu involuti f’semifinali mill-isbaħ, b’Anderson jilgħab għal kważi 11-il siegħa fl-aħħar żewġ rebħiet fuq iċ-champion Roger Federer u John Isner. Dan żgur li ħalla effett fuq il-kunfizzjoni fiżika ta’ Anderson.

Djokovic fuq in-naħa l-oħra għeleb lis-sid numru wieħed Rafael Nadal fil-ħames l-itwal logħba fl-istorja ta’ Wimbledon. B’hekk Djokovic baqa’ mhux megħlub kontra Anderson mill-ewwel konfront bejniethom fl-Open ta’ Miami għaxar snin ilu.

Fi tmiem l-ewwel set, Anderson kellu bżonn trattament mediku fi spalltu l-leminija. Is-Sud Afrikan kien qed jipprova jsir l-ewwel tennist minn pajjiżu li jirbaħ Wimbledon iżda naqas li jlaħħaq ma’ Djokovic fil-ħames finali tiegħu f’Wimbledon.

Wara li Djokovic kiser is-service darbtejn, Anderson kiseb l-ewwel break point tal-logħba meta t-tieni set kien 5-2, iżda d-difiża ta’ Djokovic kienet tajba u s-Serb għalaq it-tieni set.

Djokovic li għandu 31 sena, kien sfurzat isalva ħames set points u sforza t-tie break, bit-tennist Serb jirbaħ f’sagħtejn u 18-il minuta.

Tags