Internazzjonali

Feruti minn ‘bomba tal-lava’ fil-Hawaii

Numru ta’ persuni li kienu għaddejjin bi vjaġġ fuq dgħajsa tat-tours fil-Hawaii spiċċaw assedjati minn lava waqt l-iżbroffi kontinwi tal-vulkan Kilauea li ilu attiv għal numru ta’ ġimgħat.

In-nies irreferew għal ‘bomba tal-lava’ fost l-inżul dirett tal-ġebel u ġmied għal fuq id-dgħajsa u għal ġol-oċean. Dan waqt li n-nies kienu qed jagħmlu tour taz-zona, qrib ta’ Pahoa, biex isegwu l-attività tal-vulkan Kilauea li ilha għaddejja għal ġimgħat konsekuttivi.

Intant, talanqas 23 persuna sfaw feruti mill-effetti tal-‘bomba tal-lava’.