Knisja Lokali

Tinbidel il-qanpiena l-antika tal-Katidral tal-Imdina

L-Arcisqof ta’ Malta Mons. Charles J. Scicluna bierek il-qanpiena l-ġdida tal-Katidral tal-Imdina li ħadet post l-eqdem qanpiena f’wieħed mill-kampnari tal-Katidral tal-Imdina.

Il-qanpiena l-ġdida tizen 170kg u hi ddedikata lill-Vergni Marija u lil San Pawl, il-qaddis titulari tal-Katidral. Din inħadmet mill-Fonderija Paccard f’Annecy, fin-nofsinhar ta’ Franza. Il-qanpiena l-antika, li nħadmet fl-1499, ser tkun għall-wiri fil-Mużew tal-Katidral.