Passiġġieri li għal madwar tliet kwarti spiċċaw maqbuda abbord ajruplan tal-Air Malta, damu biex ħallew pajjiżna, bl-ekwipaġġ jinfurmahom li qed jistennew lill-kumpanija li tforni l-ikel lil-linja nazzjonali tal-ajru biex tagħmel dan.
It-titjira kellha tħalli Malta għall-ħabta tas-17:50 iżda ġiet delayed. Eventwalment, il-passiġġieri kienu nfurmati li t-titjira se tħalli Malti fis-19:00 għalkemm tliet kwarti wara dawn kienu għadom abbord l-ajruplan.
Net News jinsab infurmat li għall-bidu, ir-raġuni li ngħatatilhom kienet li hemm il-maltemp fid-destinazzjoni tagħhom. Madankollu, meta wħud mill-passiġġieri lmentaw li dan mhux minnu għax iċċekkjaw, il-verżjoni nbidlet. Filfatt ħin wara l-ikel wasal u t-titjira telqet għall-ħabta tat-19:45.
Dan hu biss l-iktar każ riċenti minn sensiela, kważi t-titjiriet kollha tal-Air Malta, matul il-ġurnata fejn titjiriet ittardjaw.
//= $special ?>