Sport Waterpolo

Stevie Camilleri se jerġa’ jilgħab ma’ Roma Nuoto din id-darba fl-ogħla diviżjoni Taljana

Il-plejer internazzjonali Malti Stevie Camilleri se jkun qed jilgħab fil-kampjonat A1 ma’ Roma Nuoto wara li l-klabb tal-kapitali Taljana kkonferma dan fuq is-sit uffiċjali tiegħu. Ma’ Camilleri kien konfermat ukoll Claudio Innocenzi.

Iż-żewġ plejers ngħaqdu ma’ Roma Nuoto l-istaġun li għadda u kienu parti importanti mit-tim li spiċċa l-ewwel fil-kampjonat A2. Sussegwentament rebaħ il-promozzjoni għall-ogħla diviżjoni Taljana wara li Roma fallew fis-sentejn ta’  qabel.

Camilleri li bħalissa jinsab mat-tim nazzjonali Malti fil-Kampjonat Ewropew f’Barcelona, spikka ma’ Roma bil-gowls kontinwi li skorja. Stevie Camilleri spiċċa l-aqwa skorer tas-Serie A2 b’total ta’ 79 gowl, 66 gowl fil-kampjonat u tlettax oħra fil-play-off.