Lokali

RITRATTI: Il-Viċi Kap tal-PN David Agius iżur il-maratona ‘Oħloq Tbissima’

Tkompli l-maratona ġbir ta’ fondi ‘Oħloq Tbissima’ li qed issir biex wieħed mhux biss jgħin nies foqra f’pajjiżi barranin, iżda wkoll lil tfal Maltin li għal xi raġuni jew oħra jkollhom iħallu lill-familji tagħhom u jingħaqdu ma’ tfal oħra li jgħixu f’Dar San Ġużepp f’Santa Venera.

Dalgħodu l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista David Aguis żar din il-maratona fejn għen biex jimtlew il-kaxxi li fiż-żmien li ġej se jkunu qed jintbgħatu f’pajjiżi foqra.

Attenda wkoll il-Viċi Prim Ministru Chris Fearne. Tul iż-żjara tiegħu waqt il-maratona, il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista David Aguis tkellem ma’ Fr. Louis dwar il-ħidma kontinwa li ssir f’din id-dar filwaqt li fakkar li b’xorti tajba ngħixu f’pajjiż żgħir b’qalb kbira li tinfirex ma’ diversi pajjiżi barranin.

F’kummenti ma’ NET News, Fr. Louis Mallia li qalilna dwar il-ħidma li ssir f’din id-dar, fejn joqgħodu 15-il tifel b’diffikultajiet varji. Dwar dawk il-Maltin li jmorru barra f’pajjizi foqra biex jgħinu, Fr. Louis spjegalna s-sodifazzjoni li jħossu meta jagħmlu hekk.

Il-maratona Oħloq Tbissima bdiet ilbieraġ u tintemm għada. Siltiet mill-maratona Oħloq Tbissima jixxandru fuq NET Television.

Ritratti: Josef Galea