Sport Sport Ieħor

Julian Alaphilippe jirbaħ is-16-il stadju tat-Tour de France

(Ritratt: EPA)

Il-Franċiż Julian Alaphilippe rebaħ 16-il stadju tat-Tour de France li kien mimli episodji wara li l-Britanniku Adam Yates ħabat wara li kien jinsab fuq quddiem, fejn ħabat fl-aħħar telgħa. Alaphilippe kien qed jitfa’ l-pressjoni u spiċċa biex tela’ fil-quċċata u kiseb it-tieni rebaħ f’din l-edizzjoni.

Geraint Thomas żamm il-flokk l-isfar u għadu qabel sieħbu ta’ Team Sky Chris Froome b’minuta u 39 sekonda vantaġġ. It-tiġrija kienet sospiża b’29 kilometru fl-istadju li kien twil 218 kilometru minħabba protesti minn bdiewa Franċiżi.

Il-pulizija użat xi spray fuq dawk li protestaw li imbagħad spiċċa nfirex, b’xi ċiklisti fosthom Thomas u Froome waqqfu biex ixarrbu wiċċhom bl-ilma. It-tellieqa tkompliet wara kwarta.

L-istadju tal-lum hu wieħed mill-iqsar fl-istorja tat-Tour de France b’65 kilometru biss, iżda għandu tliet tlajja’ pjuttost diffiċli. Iċ-ċiklisti se jkunu mpoġġija fil-bidu skont il-pożizzjoni fil-klassifika ġenerali. Hu mistenni li minħabba d-distanza qasira, tkun taqtigħa missielta.

Kif spiċċaw is-16-il stadju

1. Julian Alaphilippe        5:13.22

2. Gorka Izagirre              +0.15

3. Adam Yates                   +0.15

4. Bauke Mollema            +0.15

5. Domenico Pozzovivo  +0.18

6. Robert Gesink              +0.37

7. Michael Valgren           +0.56

8. Gregor Muhlberger     +0.56

9. Marc Soler                    +1.10

10. Pierre Latour             +1.18

Klassifika Ġenerali

1. Geraint Thomas           68:12.01

2. Chris Froome               +1.39

3. Tom Dumoulin            +1 50

4. Primoz Roglic              +2 38

5. Romain Bardet            +3 21

6. Mikel Landa                +3 42

7. Steven Kruijswijk       +3 57

8. Nairo Quintana          +4 23

9. Jakob Fuglsang          +6 14

10. Dan Martin               +6 54