Lokali

Id-daqqiet ta’ sikkina f’Bormla ngħataw minn żagħżugħ ta’ 16-il sena

Jingħata l-ħelsien mill-arrest

Iż-żagħżugħ involut fil-ġlieda ta’ Bormla għandu 16-il sena u dalgħodu tressaq il-Qorti qabel ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li wieġeb mhux ħati tal-akkużi kontrih.

Fil-Qorti, hu ġie akkużat mill-Prosekuzzjoni li ta daqqiet ta’ sikkina lil żewġt irġiel fost akkużi oħra ta’ natura inqas gravi.

Il-ġlieda seħħet f’diversi partijiet ta’ Bormla, u dalgħodu, NET News żvela dettalji dwar il-motiv tal-argument – hekk kif persuni li tkellmu ma’ NET News qalu li ż-żagħżugħ involut kien ilu bit-tikketta mal-irġiel.

Meta tressaq il-Qorti, il-Maġistrat Josette Demicoli ordnat li isem iż-żagħżugħ ma jixxandarx.

Rappreżentat mill-Avukati Franco Debono u Marion Camilleri, l-akkużat ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €7,000 u xi kundizzjonijiet oħra imponuti mill-Qorti – fosthom li jiffirma regolarment f’għassa.

Ġlieda kbira bis-skieken u l-lenbubi f’Bormla; Erba’ midruba