Internazzjonali

Kaos fit-titjiriet tar-Ryanair

Bejn l-Erbgħa u l-Ħamis tħassru aktar minn 600 titjira tar-Ryanair, l-aktar mill-Belġju, il-Portugall u Spanja. Dan minħabba strajk tal-cabin crew f’dawn il-pajjiżi. It-titjiriet imħassra affettwaw lil aktar minn 50,000 passiġġier. L-azzjonijiet industrijali ssejħu minħabba tilwima dwar il-pagi.