Futbol Sport

Higuain viċin li jingħaqad ma’ Milan

Gonzalo Higuain jinsab viċin li jingħaqad ma’ Milan. Dan wara li l-aġent u ħu l-istess attakkant Nicolas Higuain iltaqa’ ma’ Juventus u llejla kien qed jitkellem ma’ Leonardo, li rċieva l-permess mingħand is-sidien ta’ Milan Elliott.

Jidher li Milan lesti li joffru salarju ta’ €7.5 miljun u jonqos it-tul tal-kuntratt jekk ikunx sal-2022 jew sal-2023. Il-kuntratt ta’ Higuain bħalissa ma’ Juventus jintemm fl-2020.

Il-formula  ġusta li Milan laħqu ma’ Juventus hi ta’ self ta’ €17-il miljun, b’€40 miljun oħra li Milan għandhom dritt u mhux obbligu li jonfqu jekk iridu jakkwistaw il-plejer għal kollox. Jekk jingħalaq dan il-ftehim, iż-żewġ timijiet jaħdmu wkoll fuq l-affari li tinvolvi lil Leonardo Bonucci u Mattia Caldara.