Lokali

Il-Partit Nazzjonalista jikkundanna t-theddid fuq Godfrey Farrugia

Kundanna anke mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista

Il-Partit Nazzjonalista iddissasoċja ruħu kompletament u kkundanna bla riservi t-theddid anonimu u l-kliem dispreġġjattiv li rċieva u ppublika fuq il-paġna tiegħu tal-Facebook id-deputat tal-Partit Demokratiku Godfrey Farrugia – theddid li sar minn persuna li mhix magħrufa.

Dan intqal mill-Partit Nazzjonalista fi stqarrija wara li saret din it-theddida fuq it-tabib Farrugia.

Fuq Twitter, anke l-Kap tal-PN Adrian Delia ikkundanna dawn l-attakki fuq id-deputat tal-PD.