Futbol Sport

Inter jilħqu ftehim għal Vrsaljko

Inter jinsabu qrib li jagħmlu s-sitt akkwist tagħhom f’dan is-suq tat-trasferimenti hekk kif laħqu ftehim ma’ Atletico Madrid għat-trasferiment ta’ Sime Vrsaljko. Inter jikkunsidraw dan il-plejer bħala s-sostitut ideali ta’ Joao Cancelo, li spiċċa biex ingħaqad ma’ Juventus wara li ma kienx akkwistat għal kollox minn Inter.

Il-Kroat se jkun qed jingħaqad mat-tim ta’ Luciano Spalletti b’self ta’ €6.5 miljun u €17.5 miljun jekk il-nerazzurri jkunu jridu jakkwistaw il-plejer għal kollox fi tmiem l-istaġun. Inter jidher li qed jgħaġġlu biex iġibu l-plejer f’Milan u jkun jista’ jagħmel l-eżami mediku u jingħaqad mal-iskwadra kemm jista’ jkun malajr.

Minbarra dan il-ftehim, Inter qed jaħdmu wkoll biex jakkwistaw lill-midfielder Ċilen Arturo Vidal. Rapporti fil-media Taljana qed jgħidu li Bayern Munich huma lest li jitkellmu ma’ Inter dwar il-proposta simili bħal dik ta’ Vrsaljko. Iċ-ċifri għadhom mhux definiti iżda hu mifhum li hi madwar €30 miljun.