Lokali

Spettaklu pirotekniku fil-Birgu – La Notte di San Lorenzo

Fl-okkazzjoni tal-festa ta’ San Lawrenz,  Patrun tal-Belt Vittoriosa, fil-Port il-Kbir, ser jergghu jittellghu l-ispettakli annwali ta’ loghob tan-nar, li saru parti mill-kalendarju pirotekniku ta’ pajjizna.  Dawn l-ispettakli ser jigu pprezentati mill-Ghaqda Piroteknika 10 ta’ Awwissu tal-Birgu bil-kollaborazzjoni ta’ Total Management Solutions.

L-ispettaklu pirotekniku principali msejjah “ La Notte Di San Lorenzo 2018”, ser jigi pprezentat lejliet il-festa tal-Belt Vittoriosa,  nhar il-Hamis 9 ta’ Awissu fl-10.00 p.m.

Is-Serata piroteknika tibda b’wirja ta’ loghob tan-nar ssinkronizzat mall-kanzuetta Maltija “Kewkba” ta’ Janice Mangion  u wara mas-silta muzikali “Ofenbach vs – Nick Waterhouse” .  Ezatt wara jinghata bidu ghal murtali tradizzjonali tal-beraq.  Din il-wirja ta’ murtali tradizzjonali Maltin, tigi fi tmiemha b’wirja ohra ta’ loghob tan-nar ssinkronizzat mall-muzika, din id-darba mad-diska popolari “More than you know” ta’ Axwell Ingrosso.

Immedjatament wara, ikun hemm wirja ta’ murtali tradizzjonali tal-kulur.  Il-final, li tant ikun mistenni, ser tkun wirja kbira ta’ nar ssinkorinizzat mall-muzika.   Din il-wirja finali ser tkun iggib l-isem “From Broadway to the Grand Harbour” u kif jixhed l-isem, it-tema ser tkun il-famuzi musicals ta’ Broadway.  Infatti ser naraw nar issinkronizzat ma’ siltiet mill-musicals popolari West Side Story, Staying Alive, Chess, School of Rock u Foothloose.   “La Notte di San Lorenzo 2018” tigi fi tmiemha b’diversi blalen u sfejjer kbar. Ta’ min jghid li l-wirjiet kollha huma kollha kkordinati u kkarejografati mill-Ghaqda Piroteknika 10 ta’ Awwissu  u ser jinharqu bis-sistema Pyromaster.

Lejliet il-Festa hija biss preludju ghal gurnata tant ghaziza tal-festa – il-gurnata ta’ l-10 ta’ Awwissu, li din l-Ghaqda Piroteknika  hija tant kburija li ggib l-isem taghha.  Il-qofol ta’ l-ispettaklu pirotekniku ta’ Jum il-Festa, l-Gimgha 10 ta’ Awwissu ikun meta fis-7.15 p.m tinharaq il-kaxxa nfernali hekk imsejjha “tal-hrug”, kaxxa spettakolari minn fuq diversi braken fil-Port il-Kbir, spettaklu li huwa wkoll b’korejografija u li ser jinharaq bis-sistema Pyromaster.  Immedjatament wara, jinharqu diversi murtali bil-loghob. Il-loghob tan-nar f’din il-gurnata jibqa sejjer b’mod kontinwu sal-11 p.m, fejn ser ikun hemm wirja shiha ta’ loghob tan-nar, fl-okkazzjoni ta’ Jum San Lawrenz.