Lokali

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi

Inċident bejn karozza u mutur wassal biex sewwieq ta’ mutur qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar fil-Qasam Industrijali ta’ San Ġwann bejn vettura tat-tip Skoda Felice misjuqa minn raġel ta’ 43 sena residenti Ħal Tarxien u mutur tat-tip Yamaha misuqa minn raġel ta’ 71 sena residenti Ħal Qormi.

Fuq il-post marret ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei biex hemmhekk jingħata l-kura meħtieġa. Iżda sfortunatament kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Il-Pulizija qalet li l-investigazzjonijiet tagħha għadhom għaddejjin.