Lokali

Jaqa’ sular u nofs minn fuq krejn

Ritratt: Martin Agius

Raġel mill-Mosta kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li ġarrab ġrieħi gravi waqt li kien fuq il-post tax-xogħol. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4.15pm fi Triq il-Fortizza, fil-Mosta stess meta l-vittma ta’ 51 sena għal xi raġuni waqa’ madwar sular u nofs minn fuq krejn.

Fuq il-post ġie msejjaħ immedjatament tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lill-Mosti l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi serji.

Intant il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.