Sport Sport Ieħor

Murray jikkritika lill-organizzaturi tal-Open ta’ Washington

Andy Murray kritika lill-organizzaturi tal-Open ta’ Cincinnati wara r-rebħa li kellu fit-tielet rawnd fuq Marius Copil, bil-logħba f’Washington tintemm fl-4.00am.

It-tliet darbiet rebbieħ ta’ Grand Slam beda l-logħba fis-1.00am wara li għar-raba’ ġurnata konsekuttiva kien hemm dewmien minħabba x-xita. Hu għeleb lis-sid numru 93 tad-dinja Marius Copil 6-7, 6-3, 7-6. Din kienet it-tielet rebħa ta’ tliet sets f’erbat ijiem biex Murray jinsab fil-kwarti tal-finali.

“Ma naħsibx li għandi nkun f’pożizzjoni li nagħmel dan. Ġismi ma jinsabx tajjeb bħalissa. Kelli ftit logħbiet twal u li tispiċċa l-logħbiet fl-4.00 ta’ filgħodu mhux tajjeb għal xi ħadd involut f’dan l-avveniment, plejers, tat-televiżjoni, partitarji u ħadd.”

Murray żied li meta wieħed qed jistenna li hu jirritorna u jilgħab l-għada mhix raġunata. Hu saħaq li din hi xi ħaġa li t-tour iridu jħarsu lejha.

L-eks numru wieħed tad-dinja hu mistenni jkompli jfittex l-ewwel titlu minn meta rebaħ f’Dubai f’Marzu tas-sena l-oħra kontra ż-żagħżugħ Awstraljan Alex de Minaur, iżda Murray indika li jista’ jirtira biex jieħu ħsieb il-fiżika tiegħu.

Tags