Futbol Sport

Pedro jestendi l-kuntratt ma’ Chelsea

(Ritratt: chelseafc.com)

L-attakkant ta’ Chelsea Pedro Rodriguez estenda l-kuntratt tiegħu b’sena biex se jibqa’ mal-klabb sas-sajf tal-2020. Il-plejer ta’ 31 sena ffirma mingħanr Barcleona fis-sajf tal-2015 u skorja 28 gowl f’131 logħba mal-Blues.

L-internazzjonali Spanjol għen lil Chelsea jirbaħ il-Premier League fl-istaġun 2016/2017 taħt Antonio Conte, fejn skorja 13-il gowl u kellu 12-il assist, filwaqt li lagħab parti importanti fit-tim li rebaħ l-FA Cup l-istaġun li għadda.

F’kumment li għadda lis-sit uffiċjali tal-klabb, Pedro Rodriguez qal li hu jinsab kuntent mal-klabb flimkien ma’ sħabu u l-partitarji. “Hu importanti għalija li nkompli ma’ Chelsea, ninsab komdu hawn u rrid  nirbaħ aktar unuri.

Id-direttur tal-klabb Marina Granovskaia uriet il-kuntentizza li assiguraw is-servizzi tal-Ispanjol għal sena oħra. Hi żiedet li hu regolarment wera l-kwalità tiegħu u jinsabu ħerqana li jarawh ikompli jitjieb taħt il-gwida ta’ Maurizio Sarri.