Sport Sport Ieħor

Charles Camilleri jipparteċipa l-Ħadd fit-tieni tappa tal-Kampjonat tal-Mediterran

Matul il-lejl bejn ilbieraħ u llum, is-sewwieq Charles Camilleri telaq lejn Moska r-Russja sabiex jipparteċipa fit-tieni tappa tal-Kampjonat tal-Mediterran għada. Fl-ewwel tappa li saret Malta kif inhi t-tradizzjoni, is-sewwieq Rodney Gatt qasam l-ewwel post flimkien mas-sewwieq Taljan Francesco La Rosa.

F’dan il-kampjonat tal-Mediterran, is-sewwieqa Maltin dejjem ħarġu bl-unuri u bħala Tim kemm-il darba pajjiżna ħareġ rebbieħ inkluż fl-edizzjoni tas-sena l-oħra.

Ċertament li għal Charles Camilleri din mhux se tkun l-ewwel darba li qed jipparteċipa f’dan il-Kampjonat fejn is-sena l-oħra saħansitra rnexxielu jirbaħ it-tappa ta’ Franza, iżda għalih din ser tkun l-ewwel esperjenza fil-korsa ta’ Moska fir-Russja. Huwa mistenni isuq f’żewġ tiġrijiet li l-poloz tagħhom jitilaw għada stess f’nofsinhar.

Jakkumpanja lil Charles Camilleri hemm is-Segretarju Ġenerali tal-Malta Racing Club Tommy Cunningham.