Lokali

FILMAT: Maltempata fis-sajf – fil-Mellieħa joħorġu d-dinghy u l-lilo fit-triq

Il-Ħadd it-tbassir tat-temp sar realtà, b’maltempata pjuttost qalila f’xi nħawi b’mod speċjali f’Għawdex. Irħula fil-gżira Għawdxija, fosthom Marsalforn, saħansitra ġew rappurtati għarar.

Għal ħafna din il-maltempata ħassritilhom il-ġurnata, tant li fost oħrajn mill-bajja tal-Għadira ttellgħu l-għawwiema bi prekawzjoni fost il-biża’ tas-sajjetti. Dan ftit wara li l-għajjiema kellhom spettaklu, b’qatgħa ta’ seba’ flamingi li paxxew lil kulħadd b’titjira fuq il-Bajja tal-Għadira.

Iżda din il-familja fil-Mellieħa ddeċidiet li minflok tgawdi l-mument b’mod spontanju, b’lilo u dinghi fit-triq fost id-daħq mill-qalb ta’ dawk li kienu qed isegwuhom.