Lokali

Jinstab fil-pussess ta’ 121 qartas bi trab abjad

Żagħżugħ miż-Żebbuġ Għawdex ġie arrestat wara ħidma sfieqa mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga. L-arrest seħħ matul il-lejl f’post tad-divertiment fil-gżira Għawdxija hekk kif fil-pussess tas-suspettat ta’ 28 sena, instabu mal-121 qartas mimlija trab abjad suspettata droga kokaina.

Fir-residenza tiegħu nstab ukoll ammont konsiderevoli ta’ flus kontanti.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Joanne Vella Cuschieri, li ordnat immedjatament inkjesta fejn ħatret numru ta’ esperti bil-għan li jassistuha. Filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, iż-żagħżugħ mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.