Lokali

Iweġġa’ wara ħabta bejn karozza u ‘coach’ fin-Naxxar

Raġel ta’ 32 sena min-Naxxar weġġa’ u ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ dalgħodu fin-Naxxar stess.

Fl-inċident, li seħħ għall-ħabta tat-8am fi Triq San Pawl, kienu nvoluti karozza tat-tip Toyota Tercel misjuqa mill-vittma u ‘coach’ misjuqa minn raġel ta’ 60 sena mir-Rabat.

Jidher li għal xi raġuni, iż-żewġ vetturi ħabtu ‘head-on’ u kawża tal-impatt, il-‘coach’ spiċċat ħabtet f’faċċata ta’ residenza privata u saħansitra nqalalha l-‘windscreen’.

MInbarra l-Pulizija, fil-post issejjaħ tim mediku b’Ambulanza, li ħa lin-Naxxari l-Isptar Mater Dei għall-kura. Il-kundizzjoni ta’ saħħtu s’issa għadha mhix magħrufa.

Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.