Lokali

Jiem ta’ xandir ta’ diversi festi waqt Forċina

Awwissu beda u l-ewwel gimgħat t’Awwissu ifissru wkoll ammont konsiderevoli ta’festi li jiġu ċċelebrati madwar il-gżejjer Maltin.

NET Television għal din is-sena reġa’ qed ixandar il-programm Forċina, li ilu għaddej ixandar minn lokalitajiet differenti sa minn Ġunju li għadda.

Issa dan il-programm jilħaq il-qofol tiegħu hekk kif f’dawn il-ġimgħatejn li ġejjin se jkun qed ixandar total ta’ 5 festi.

It-Tnejn 6 t’Awwissu qed issir il-festa tas-Salvatur u Forċina qed ixandar b’mod dirett il-festa minn Ħal Lija. L-appuntament li jkun imiss imbagħad hi l-festa ta’ San Lawrenz fil-Birgu, jumejn biss wara mill-Ħamrun iwassal il-festa ta’ San Gejtanu, l-Erbgħa mill-Mosta, titwassal il-festa ta’Santa Marija. Tajjeb ngħid li din ix-xandira se tkun qed issir fl-okkażjoni tal-għoti tat-titlu ta’ bażilika lir-rotunda.

Wara Santa Marija imbagħad ikun imiss il-festa ta’ Santa Elena li jgħalqu ħmistax mill-aktar impenjattivi għall-crew ta’ NET Television.

Tajjeb jingħad li f’Forċina din is-sena qed tkun imxandra wkoll il-quddiesa ta’nhar il-festa fejn jitwassal il-paniġierku f’ġieħ il-qaddis li tiegħu tkun qiegħda tiġi ċċelebrata l-festa.

Ix-xandir tal-festi għal din is-sena jasal fi tmiemu bit-trasmissjoni tal-festa tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar. Festa li ħafna jattribwuha ma’ tmiem l-istaġun tas-Sajf f’dawk li huma festi.