Futbol Sport

Jitilgħu l-poloz tar-Rawnd Preliminari, l-Ewwel u t-Tieni Rawnd tal-FA Trophy

(Ritratt: Joe Borg)

Illum fis-Centenary Hall tas-Centenary Stadium f’Ta’ Qali telgħu l-poloz tar-Rawnd Preliminari, l-Ewwel Rawnd u t-Tieni Rawnd tal-FA Trophy. Il-format tal-kompetizzjoni se jkun l-istess għal dak tal-aħħar snin iżda għall-ewwel darba se jieħdu sehem 67 tim f’din il-kompetizzjoni, jiġifieri t-timijiet kollha tal-kampjonat Malti u Għawdxi.

B’hekk fl-FA Trophy ta’ dan l-istaġun se jkun l-14-il tim tal-Kampjonat Premier u tal-Ewwel Diviżjoni, it-13-il tim tat-Tieni Diviżjoni, it-12-il tim tat-Tielet Diviżjoni u l-14-il tim tal-futbol Għawdxi. Żebbuġ Rovers se jieħdu sehem għall-ewwel darba.

Fir-Rawnd Preliminari jilagħbu 16-il tim, bir-rebbieħa ta’ dawn il-logħbiet jingħaqdu ma’ 10 timijiet oħra mit-Tielet Diviżjoni. Fit-Tieni Rawnd tal-kompetizzjoni jidħlu wkoll it-timijiet tat-Tieni u l-Ewwel Diviżjoni. It-timijiet tal-Premier jidħlu fit-Tielet Rawnd, bl-ewwel sitt timijiet li spiċċaw il-Kampjonat Premier l-istaġun li għadda jkunu seeded u għalhekk ma jistgħux jiltaqgħu kontra xulxin.

Ir-Rawnd Preliminari se jintlagħab fl-1 u t-2 ta’ Settembru, l-Ewwel Rawnd se jintlagħab il-ġimgħa ta’ wara fit-8 u d-9 ta’ Settembru. It-Tieni Rawnd jintlagħab bejn is-26 u t-28 ta’ Ottubru u t-Tielet Rawnd jintlagħab bejn it-30 ta’ Novembru u t-2 ta’ Diċembru. Il-poloz tat-Tielet Rawnd jitilgħu f’Ottubru.

Ir-Raba’ Rawnd jintlagħab fis-26 u s-27 ta’ Jannar u bejn it-23 u l-24 ta’ Frar jintlagħbu l-kwarti tal-finali. Is-semifinali tal-4 u l-5 ta’ Mejju jintlagħbu wara li jintemm il-Kampjonat Premier, bil-finali tkun fil-11 ta’ Mejju.

Rawnd Preliminari

St. Lawrence Spurs v Għaxaq

Munxar Falcons v Nadur Youngsters

Sannat Lions v Ta’ Xbiex

Marsaskala v Dingli Swallows

Oratory Youths v Għajnsielem

Victoria Hotspurs v Msida St Joseph

Qala Saints v Għargħur

SK Victoria Wanderers v Mtarfa

L-Ewwel Rawnd

Qala/Għargħur v Xagħra United

Marsaskala/Dingli v Sannat/Ta’ Xbiex

SK Victoria W./Mtarfa v St. Lawrence/Għaxaq

Kirkop United v Kerċem Ajax

Oratory/Għajnsielem v Xewkija Tigers

Żebbuġ Rovers v Mdina Knights

Żurrieq v Munxar/Nadur

Għarb Rangers v Xgħajra Tornados

Victoria H..Msida SJ v Attard

It-Tieni Rawnd

Gudja United v Sirens

Melita v Swieqi United

Marsaskala/Dingli/Sannat/Ta’ Xbiex v Qrendi

St. George’s v Lija Athletic

Santa Venera Lightnings v Pembroke Athleta

Żebbuġ Rangers v Marsaxlokk

Naxxar Lions v Żejtun Corinthians

Victoria H./Msida/Attard v Siġġiewi

Mellieħa SC v Kalkara

Kirkop/Kerċem v Vittoriosa Stars

Żebbuġ Rovers/Mdina v Għarb/Xgħajra

Luqa St. Andrews v Rabat Ajax

Fgura United v SK Victoria W./Mtarfa/St. Lawrence/Għaxaq

Santa Lucia v Birżebbuġa St Peters

Mġarr United v San Ġwann

Oratory/Għajnsielem/Xewkija v Mqabba

Żabbar St Patrick v Żurrieq/Munxar/Nadur

Marsa v Qala/Għargħur/Xgħajra