Lokali

AĠĠORNATA: Splużjoni f’residenza f’Ħal Qormi

Ħadd ma ndarab fi splużjoni li seħħet f’dar u li kienet ikkawżata minn ċilindru tal-gass. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-18.15pm tat-Tlieta filgħaxija fi Triq Dun Ġwann Cilia f’Ħal Qormi.

Fuq il-post marru ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni u kif ukoll il-pulizija u ambulanza biex tagħti assistenza medika.

Rapporti fuq il-post qalulna li jidher li ħadd m’hemm midrub għalkemm mara kienet tinsab taħt xokk qawwi.

Għal xi ħin it-triq kienet tinsab magħluqa b’żona ta’ madwar 50 metru bħala prekawzjoni. In-nar kien minnufih ġie taħt kontroll iżda d-duħħan tela’ għal kumplament tad-dar u kkawża diversi ħsarat.

Il-Pulizija qed tinvestiga dan il-każ.