Lokali

Raġel minn Wied il-Għajn bi ġrieħi gravi wara ħabta f’Ħaż-Żabbar

Ambulanza - Ritratt mill-arkivji

Raġel minn Wied il-Għajn kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.

Il-każ seħħ fis-2pm fi Triq Villabate, Ħaż-Żabbar, meta seħħ impatt bejn vettura tat-tip Toyota Vitz misjuqa mill-vittma ta’ 41 sena u Peugeot 308 misjuqa minn raġel ta’ 40 sena minn San Pawl il-Baħar.

Fuq il-post ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanzi li ħa lis-sewwieq tat-Toyota l-isptar għal aktar kura fejn aktar tard ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.

Intant l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.