Knisja Kultura Lokali

L-armar tal-festa tal-Birgu se jinħareġ

Deċiż illi jinħareġ id-drapp tat-triq tal-purċissjoni

It-temp f’dawn is-sigħat jidher li tjieb drastikament u dan wassal biex fil-Birgu tittieħed id-deċiżjoni li tintrama t-triq tal-purċissjoni ta’ San Lawrenz.

Din il-festa kienet biss waħda minn dawk li ġew affetwati mill-maltemp tal-aħħar ġranet.

Il-Kumitat Festi Esterni ta’ San Lawrenz għamel appell biex kull min jista’ jagħti l-għajnuna tiegħu f’dan l-armar. Fil-fatt kienu bosta (ritratt) dawk li wieġbu għal dan l-appell.

Il-festa ta’ San Lawrenz fil-Birgu ssir il-ġimgħa 10 t’Awwissu, fil-jum propju tagħha.