Internazzjonali

Strajk mill-bdoti tar-Ryanair

Madwar 25,000 passiġġier se jkunu affettwati mill-istrajks li se jkun hemm mill-bdoti tar-Ryanair fi Franza, l-Iżvezja, il-Belġju, il-Ġermanja u l-Irlanda.

Fl-Olanda huma mistennija wkoll joħorġu fuq strajk. L-union Olandiża qalet li huma jridu jinfurmaw lir-Ryanair biss 12-il siegħa qabel jekk se joħorġu fuq strajk.

L-Erbgħa ħabbru li se joħorġu fuq strajk anki l-bdoti bbażati fil-Ġermanja tar-Ryanair imma għadu mhux ċar kemm se jkun hemm titjiriet li se jkunu affettwati.

Ir-Ryanair min-naħa tagħha qed tirrifjuta li tħallas kumpens lill-passiġġieri għaliex qed issostni li dawn l-istrjaks huma extraordinary circumstance. Dawn l-istrajks huma parti minn tilwima li ilha tkaxkar dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-bdoti.