Lokali

FILMAT: Żagħżugħa gravi wara li ttajret minn fuq mutur fil-Gżira

Numru ta' persuni taw l-assistenza immedjatament

Tfajla ta’ 25 sena mill-Maċedonja, residenti Santa Venera, sofriet ġrieħi gravi wara li ttajret minn fuq il-mutur tat-tip Kymko Agility li kienet qed issuq fi Triq D’Argens, bejn l-Imsida u l-Gżira.

L-inċident seħħ ftit qabel in-12:30 meta t-tfajla kienet qed issuq biswit l-Empire Stadium, tal-Gżira. Hi ntlaqtet minn vettura tat-tip Toyota Vitz li kienet ipparkjata mal-ġenb tat-triq u misjuqa minn mara ta’ 40 sena residenti Birkirkara.

Fil-pront malli seħħ l-inċident, diversi persuni li nzertaw fiż-żona kif ukoll impjegati ta’ stabbilimenti fil-qrib ħarġu jagħtu l-għajnuna, bil-vittma titpoġġa fuq liżar provdut mis-sewwieqa tal-vettura, oħrajn li tawha l-ilma x’tixrob u biex tiffriska waqt li impjegati ta’ stabbiliment fil-qrib għattewha mill-qilla tax-xemx.