Internazzjonali

Imblukkata fl-Arġentina liġi favur l-abort

Is-Senat f'Buenos Aires.

Is-Senat f’Buenos Aires, il-kapitali tal-Arġentina, imblokka liġi li kienet se tillegalizza l-abort fl-ewwel 14-il ġimgħa ta’ tqala.
Wara dibattitu twil u mqanqal, 38 Senatur vvutaw kontra u 31 favur. Dan wara li f’Ġunju l-abbozz għall-ftit kien għadda mill-Kamra tar-Rappreżentanti.
Fil-preżent, l-abort fl-Arġentina jista’ ssir biss f’każi ta’ stupru jew jekk is-saħħa tal-omm tkun f’periklu.
Waqt il-vot fis-Senat, kien hemm dimostrazzjonijiet favur u kontra l-abort u l-kwistjoni qasmet il-pajjiż.
Dawk favur l-abort kienu ilhom is-snin jippruvaw jgħaddu abbozz ta’ liġi favur l-abort u ħadu spinta wara li l-President Mauricio Macri, li hu kontra l-abort, talab lill-Kungress jikkunsidra dan.
Fl-Amerika Latina huma biss l-Urugwaj u Kuba fejn l-abort hu totalment legali.