Internazzjonali

Jitlob għal intervent militari Russu fil-Libja

Kelliem għall-Ġeneral Khalifa Haftar, talab għal intervent militari Russu fil-Libja fuq il-mudell tal-intervent militari Russu fis-Sirja.
Il-kelliem, Ahmed Al-Mismari, qal li l-intervent militari Russu għandu jkollu l-iskop aħħari li jgħaqqad il-pajjiż u jeħles il-pajjiż mill-indħil ta’ pajjiżi barranin bl-Italja tkun fil-quċċata flimkien mat-Turkija u l-Qatar.
Haftar imexxi dik li hi magħrufa bħala l-Armata Nazzjonali Libjana li hi alleata mal-Gvern li jikkontrolla l-Lvant tal-Libja u hu avversarju tal-Gvern fi Tripli li jgawdi l-appoġġ tan-Nazzjonijiet Uniti.
Min-naħa l-oħra kien hemm ħafna Libjani li kkritikaw u anki żebilħu bil-kummenti ta’ al-Mismari
Fi żmien Muammar Gadafi, il-Libja kellha relazzjoni militari tajba mar-Russja u ħafna mill-armi li kienu jinxtraw kienu Russi. Xi ħaġa li rrifera wkoll għaliha al-Mesmari.