Lokali

Jittieħed l-isptar wara li nqeleb bil-karozza fl-Imsida

Kmieni dalgħodu, raġel ittieħed l-isptar wara li nqaleb bil-vettura tiegħu f’inċident bejn żewġ karozzi. Ir-raġe; qed isofri ġrieħi ħfief.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.15am fi Triq Victor Denaro l-Imsida bejn vann tat-tip Ford misjuqa minn raġel ta’ 54 sena minn Ħal Qormi u vettura tat-tip Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 58 sena mill-Marsa.

Għal xi raġuni l-karozza tat-tip Vitz inqalbet. Ir-raġel ta’ 58 sena kien dak li ttieħed lejn l-isptar għall-kura.

Il-Pulizija qed tinvestiga dan l-inċident.