Lokali

Jiżviluppa nar f’kamra fuq il-bejt tal-Awotrità tad-Djar

Ritratt mill-Arkivji

Ħadd ma weġġa’ f’nar li żviluppa f’kamra fuq il-bejt tal-Awtorità tad-Djar fil-Floriana.

Fi stqarrija maħruġa mis-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali, sar magħruf li kien għall-ħabta tas-1.30 ta’ waranofsinhar fi Triq Pietro Floriani meta żviluppa nar.

Fuq il-post, waslu mal-ewwel membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li bis-saħħa tagħhom in-nar ġie kkontrollat immedjatament.