Ambjent Lokali

Kważi 380,000 vettura fit-toroq Maltin

78% huma karozzi privati; 7% biss muturi u quadbikes

Sa Ġunju ta’ din is-sena, l-ammont ta’ vetturi liċenzjati f’pajjiżna kien ta’ 379,338 – żieda ta’ 3.8 fil-mija fuq l-2017.

Dan joħroġ minn ċifri li ġew ippubblikati illum mill-NSO.

Interessanti l-fatt li f’pajjiżna hawn biss 292 karozza taħdem bl-elettirku. 1,088 jużaw is-sistema hybrid – fejn parti mill-magna taħdem bil-batterija, iżda l-karozza xorta tieħu l-fuel.

Karozzi tal-linja jaħdmu bl-elettriku fit-toroq Maltin hawn biss 8.

Mit-total ta’ vetturi, 78% huma karozzi privati filwaqt li 7% biss huma muturi u quadbikes. Il-maġġoranza assoluta tal-karozzi privati jużaw magni petrol.