Lokali

Mara ssofri feriti gravi wara li tittajjar fiż-Żejtun

Mara minn Marsaskala qed issofri ġrieħi gravi wara li aktar kmieni waranofsinhar, ġiet milquta minn vettura misjuqa minn raġel ta’ 28 sena, miż-Żejtun.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-12:45pm fi Triq Luqa Briffa fiż-Żejtun.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara ta’ 33 sena lejn l-Isptar Mater Dei biex tingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, il-vittma ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.