Internazzjonali

Tegħreq lanċa bl-immigranti barra l-kosta Torka

Kien hemm traġedja fil-Baħar Eġew hekk kif lanċa mimlija immigrant għerqet. Il-vittmi kienu sebgħat itfal u żewġ nisa.
It-traġedja seħħet barra l-kosta Torka ta’ Kusadasi waqt li kienu qed jippruvaw jaslu sa waħda mill-gżejjer Griegi fil-qrib.
Għalkemm ir-rotta Torka lejn il-Greċja m’għadhiex rotta popolari mal-immigranti daqskemm kienet ftit snin ilu, il-vjaġġi xorta qed ikomplu imma b’rata anqas. Hemm oħrajn li mbagħad jippruvaw jidħlu fil-Greċja mit-Turkija mill-art billi jaqsmu xmara li hemm tul il-fruntiera bejn iż-żewġ pajjiżi.