Lokali Turiżmu

AĠĠORNATA: Il-passiġġieri lejn Heathrow jitħallew siegħa u nofs jistennew

It-titjira tal-Air Malta telqet fid-9:15am

Aktar turisti u passiġġieri tal-Air Malta komplew jesperjenzaw it-tħarbit fl-iskeda li ddomina tul dan is-Sajf, hekk kif dalgħodu anke t-titjira KM100 lejn Heathrow ġie affetwata.

Din it-titjira tal-Air Malta lejn Londra kellha tħalli pajjiżna fis-7:20am.

L-ajruplan telaq mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta għall-ħabta tad-9:15am.

Turisti li tkellmu ma’ NET News qalulna li għal ħin twil huma inżammu fil-għama dwar dak li kien qed jiġri. Kien hemm oħrajn li sejrin Londra għal vaganza u tħarbtulhom kompletament il-pjani li kellhom għall-ġurnata tal-lum.